Il-Pjattaforma Ewropea

By Admin Eltis / Updated: 28 May 2019

Dwar il-pjattaforma

Il-Pjattaforma Ewropea dwar Pjanijiet ta' Mobbiltà Urbana Sostenibbli tappoġġja t-tranżizzjoni lejn sistemi ta’ mobbiltà kompetittivi u effiċjenti fir-riżorsi fl-ibliet Ewropej billi:

Ix-xogħol tal-Pjattaforma huwa appoġġjat minn Segretarjat li jservi wkoll bħala punt ta' kuntatt ċentrali għall-mistoqsijiet kollha minn ġewwa u barra l-Pjattaforma.

Il-portal tal-Pjanijiet ta’ Mobbiltà

Il-portal tal-Pjanijiet ta' Mobbiltà jipprovdilek ċentru ta’ informazzjoni dwar kif tiżviluppa u timplimenta SUMP, u jinkludi:

  • Informazzjoni dwar l-elementi ta’ SUMP;
  • Linji gwida dwar il-proċess tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ SUMP;
  • Għażla ta’ għodod, gwidi, manwali u rapporti li jappoġġjaw lill-professjonisti tal-mobbiltà urbana fix-xogħol tagħhom;
  • Studji ta’ każijiet li janalizzaw għażla ta’ eżempji lokali tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ mobbiltà;
  • Forum li fuqu l-Ħbieb ta’ Eltis jiddiskutu l-kwistjonijiet kollha relatati mal-mobbiltà urbana sostenibbli;
  • Bażi tad-dejta dwar l-involviment tal-ibliet fl-attivitajiet tal-UE relatati mal-ippjanar tal-mobbiltà urbana sostenibbli.

Nittamaw li ssib il-portal tal-Pjanijiet ta’ Mobbiltà bħala wieħed li jinvolvik u jinfurmak. Jekk għandek xi mistoqsija, jew tixtieq tgħaddi suġġeriment jew kumment, tiddejjaq xejn tikkuntatjana.

Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni

Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni jlaqqa’ flimkien rappreżentanti minn azzjonijiet kontinwi rilevanti u appoġġjati mill-UE sabiex:

  • Jiskambjaw l-informazzjoni u t-tagħlim miksub;
  • Jidentifikaw u jisfruttaw is-sinerġiji;
  • Jaqblu dwar opinjonijiet komuni sabiex jinfurmaw l-iżvilupp ulterjuri tal-kunċett u tal-għodod tal-SUMP; u
  • Jgħinu fil-koordinazzjoni tal-preżentazzjoni ’l barra tad-diversi inizjattivi.

Konferenzi Annwali

Il-Pjattaforma għandha l-intenzjoni li torganizza konferenzi annwali sabiex tippromwovi l-kunċett tal-SUMPs madwar l-UE. Il-konferenzi sejrin jenfasizzaw l-aħħar żviluppi fl-ippjanar tal-mobbiltà urbana, irawmu l-iskambju ta’ ideat u esperjenzi u joffru opportunità ta’ netwerking għal dawk involuti fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet.

L-ewwel Konferenza Ewropea dwar l-SUMPs saret bejn it-12 u l-14 ta’ Ġunju 2014 f’Sopot, il-Polonja. Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok ara l-kalendarju (il-link hija esterna) (tiftaħ pdf, 1.6mb) u l-preżentazzjonijiet tal-konferenza (il-link hija esterna).
Segwi l-paġna tal-Avvenimenti tagħna għal aħbarijiet dwar konferenzi futuri dwar l-SUMP.