Cookies

By Admin Eltis / Updated: 10 Feb 2015

Cookies

Biex dan is-sit jaħdem tajjeb, xi drabi nqiegħdu fajls żgħar ta’ data li jissejħu cookies fuq l-apparat tiegħek. Il-parti l-kbira tal-websajts ewlenin jagħmlu hekk ukoll.

X’inhuma cookies?

Cookie hija fajl ta’ test żgħir li websajt tissejvja fuq il-kompjuter tiegħek jew l-apparat mobbli tiegħek meta żżur is-sit. Dan jippermetti lill-websajt tiftakar l-azzjonijiet u l-preferenzi tiegħek (bħal-login, il-lingwa, id-daqs tal-font u preferenzi ta’ wiri oħrajn) għal perjodu ta’ żmien, biex ma jkollokx għalfejn terġa’ ddaħħalhom kull meta terġa’ żżur is-sit jew taqleb minn paġna għal oħra.

Kif nużaw il-cookies?

Ħafna mill-paġni tagħna jużaw il-cookies sabiex jiftakru:

  • il-preferenzi tal-wiri tiegħek, bħas-settings tal-kulur ta’ kuntrast jew id-daqs tal-font
  • jekk diġà weġibtx xi stħarriġ li jitla’ fuq il-paġna li jistaqsik jekk il-kontenut kienx ta’ għajnuna għalik jew le (biex ma jerġgħux jistaqsuk)
  • jekk qbiltx (jew le) mal-użu tagħna tal-cookies fuq dan is-sit

Barra minn hekk, xi vidjows integrati fil-paġni tagħna jużaw cookie sabiex jiġbru statistika anonima dwar kif wasalt sa hemm u x’vidjows rajt.

It-tħaddim ta’ dawn il-cookies mhuwiex strettament meħtieġ biex il-websajt taħdem tajjeb iżda dejjem jipprovdilek esperjenza ta’ bbrawżjar aħjar. Tista’ tħassar jew timblokka lil dawn il-cookies, iżda jekk tagħmel hekk xi wħud mill-elementi ta’ dan is-sit jistgħu ma jaħdmux kif maħsub.

Nużaw cookies oħrajn?

Xi wħud mill-paġni jew siti sekondarji tagħna jistgħu jużaw cookies addizzjonali jew differenti minn dawk li semmejna hawn fuq. Jekk dan ikun il-każ, id-dettalji tagħhom jingħataw fil-paġna speċifika tagħhom li tavża dwar il-cookies. Tista’ tintalab tagħti l-kunsens tiegħek biex taħżen dawn il-cookies.

Kif tikkontrolla l-cookies

Tista’ tikkontrolla u/jew tħassar il-cookies kif tixtieq - għad-dettalji, ara aboutcookies.org (il-link hija esterna). Tista’ tħassar il-cookies kollha li diġà qegħdin fuq il-kompjuter tiegħek u tista’ tissettja l-parti l-kbira tal-brawżers biex ma jitqiegħdux aktar. Jekk tagħmel hekk, madankollu, jaf ikollok taġġusta b’mod manwali xi wħud mill-preferenzi kull darba li żżur sit u ċerti servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux.